Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/140/50

    Kawża T-120/07: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' April 2007 — MB Immobilien u MB System vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 140, 23.6.2007, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/29


    Rikors ippreżentat fis-16 ta' April 2007 — MB Immobilien u MB System vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-120/07)

    (2007/C 140/50)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: MB Immobilien Verwaltungs GmbH (stabbilita f'Neukirch/Lausitz, il-Ġermanja) u MB System GmbH & Co. KG (stabbilita f'Nordhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, Rechtsanwalt).

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrenti

    l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2007) 130 finali, ta' l-24 ta' Jannar 2007, dwar għajnuna mill-Istat Nru C 38/2005 (ex NN 52/2004) mill-Ġermanja lil Biria Gruppe

    tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikkorrenti jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2007) 130 finali, ta' l-24 ta' Jannar 2007, li fiha ġie deċiż li l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja, li tinkludi fiha tliet miżuri favur Bike Systems GmbH & Co. Thüringer Zweiradwerk KG, Sachsen Zweirad GmbH u Biria GmbH (li wara saret Biria AG) ma kinitx kompatibbli mas-suq komuni.

    L-ewwel rikorrent huwa s-suċċessur legali ta' Biria AG, it-tieni wieħed huwa dak ta' Bike Systems GmbH & Co. Thüringer Zweiradwerk KG. Ir-rikorrenti jgħidu li huma ġew milquta direttament u individwalment mid-deċiżjoni kkontestata.

    Fl-ewwel lok, in sostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jgħidu li d-dritt Komunitarju nkiser bl-interpretazzjoni żbaljata ta' regolament dwar l-għajnuna approvat. F'dan ir-rigward, huma jgħidu li l-Kummissjoni naqset milli tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq id-definizzjoni ta' impriża f'diffikultà li tinsab fir-Regolament dwar l-għajnuna li approvat.

    Il-Kummissjoni kompliet tikser id-dritt Komunitarju bl-evalwazzjoni żbaljata tal-provi. Ir-rikorrenti jgħidu li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, l-impriżi milquta mid-deċiżjoni kkontestata ma kinux impriżi f'diffikultà fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti jgħidu li d-dritt Komunitarju nkiser minħabba żbalji serji fil-motivazzjonijiet.


    Top