Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/140/36

    Kawżi magħquda T-239/05, T-240/05, T-245/05 sa T-247/05, T-255/05, T-274/05 sa T-280/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal- 15 ta' Mejju 2007 — Black & Decker vs L-UASI — Atlas Copco (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta' biċċa għodda li taħdem bl-elettriku safra u sewda) ( Trade mark Komunitarja — Proċedura ta' oppożizzjoni — Terminu tal-proċedura ta' oppożizzjoni — Trażmissjoni permezz tat-telefax — Ammissibbiltà — Indikazzjoni ċara tat-trade mark preċedenti — Regola 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 )

    ĠU C 140, 23.6.2007, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/21


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Mejju 2007 — Black & Decker vs L-UASI — Atlas Copco (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta' biċċa għodda li taħdem bl-elettriku safra u sewda)

    (Kawżi magħquda T-239/05, T-240/05, T-245/05 sa T-247/05, T-255/05, T-274/05 sa T-280/05) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Terminu tal-proċedura ta' oppożizzjoni - Trażmissjoni permezz tat-telefax - Ammissibbiltà - Indikazzjoni ċara tat-trade mark preċedenti - Regola 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95’)

    (2007/C 140/36)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: The Black & Decker Corporation (Towson, Maryland, L-Istati Uniti ta' l- Amerika) (rappreżentanti: H. Carr, QC, u P.Harris, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Atlas Copco AB (Stokkolma, L-Iżvezja) (rappreżentanti: R.Meade, barrister, u M.Gilbert, solicitor)

    Suġġett tal-kawża

    Tlettax-il rikors ippreżentat, rispettivament, kontra d-Deċiżjonijiet ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-19 ta' April (R 727/2004-1, R 729/2004-1, R 723/2004-1, R 730/2004-1 u R 724/2004-1), tas-27 ta' April (R 722/2004-1) u tat-3 ta' Mejju 2005 (R 788/2004-1, R 789/2004-1, R 790/2004-1, R 791/2004-1, R 792/2004-1, R 793/2004-1 u R 794/2004-1), relattivi għal proċeduri ta' oppożizzjoni bejn Atlas Copco AB u The Black & Decker Corporation.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    2)

    Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 205 ta' l-20.8.2005.


    Top