Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/140/30

    Kawża T-219/04: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 3 ta' Marżu 2007 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( Sajd — Żvilupp tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd ta' l-Istati Membri — Skema ta' dħul u ta' ħruġ — Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura — Sistema lingwistika )

    ĠU C 140, 23.6.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Marżu 2007 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-219/04) (1)

    (“Sajd - Żvilupp tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd ta' l-Istati Membri - Skema ta' dħul u ta' ħruġ - Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura - Sistema lingwistika’)

    (2007/C 140/30)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. van Rijn u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Suġġett tal-Kawża

    Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003, tat-12 ta' Awwissu 2003, li jippreskrivi regoli ta' implementazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (ĠU L 204, p.21)

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Renju ta' Spanja huwa ordnat ibati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 7 ta' l-10.1.2004 (qabel kawżqa C-464/03)


    Top