Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/140/29

    Kawża T-357/02: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 3 ta' Mejju 2007 — Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni ( Għajnuna mogħtija mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet tal-Land ta' Sassonja — Skema ta' għajnuna favur impriżi żgħar u medji — Proċedura mħaffa ta' awtorizzazzjoni — Applikazzjoni fi żmien tar-regoli tal-Komunità u r-Regolament ta' eżenzjoni dwar l-għajnuna favur impriżi żgħar u medji — Pjan ta' għajnuna nnotifikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' eżenzjoni — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali — Notifika kompluta )

    ĠU C 140, 23.6.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/19


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-3 ta' Mejju 2007 — Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-357/02) (1)

    (“Għajnuna mogħtija mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet tal-Land ta' Sassonja - Skema ta' għajnuna favur impriżi żgħar u medji - Proċedura mħaffa ta' awtorizzazzjoni - Applikazzjoni fi żmien tar-regoli tal-Komunità u r-Regolament ta' eżenzjoni dwar l-għajnuna favur impriżi żgħar u medji - Pjan ta' għajnuna nnotifikat qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' eżenzjoni - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali - Notifika kompluta’)

    (2007/C 140/29)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Freistaat Sachsen (Il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lübbig, avocat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.Kreuschitz u J.Flett, aġenti)

    Suġġett tal-Kawża

    Talba għal annullament tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2 u ta' l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/226/KE ta' l-24 ta' Settembru 2002, dwar l-iskema ta' għajnuna li għandha l-intenzjoni li timplementa l-Ġermanja — “Programm favur impriżi żgħar u medji — Titjib ta' l-operazzjonijiet ta' l-impriżi tas-Sassonja” — Programmi sekondarji 1 (formazzjoni), 4 (parteċipazzjoni f'fieri u espożizzjonijiet), 5 (kooperazzjoni) u 7 (promozzjoni ta' l-istil) (ĠU 2003, L 91, p.13).

    Parti operattiva

    1.

    It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2, u l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/226/KE ta' l-24 ta' Settembru 2002, dwar l-iskema ta' għajnuna li għandha l-intenzjoni li timplementa l-Ġermanja — “Programm favur l-impriżi żgħar u medji — Titjib ta' l-operazzjonijiet ta' l-impriżi tas-Sassonja” — Programmi sekondarji 1 (formazzjoni), 4 (parteċipazzjoni f'fieri u espożizzjonijiet), 5 (kooperazzjoni) u 7 (promozzjoni ta' l-istil), huma annullati.

    2.

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 31 tat-8.2.2003


    Top