Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/140/12

    Kawża C-152/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fl- 20 ta' Marzu 2007 — Arcor AG & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    ĠU C 140, 23.6.2007, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 140/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fl-20 ta' Marzu 2007 — Arcor AG & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-152/07)

    (2007/C 140/12)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Arcor AG & Co. KG

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Intervenjenti: Deutsche Telekom AG

    Domandi preliminari

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 90/388/KEE (1) tat-28 ta' Ġunju 1990 dwar kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ta' telekomunikazzjonijiet — id-Direttiva dwar il-kompetizzjoni — u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/33/KE tat-30 ta' Ġunju 1997 dwar l-interkonnessjoni fit-telekomunikazzjonijiet bil-għan li jkun żgurat servizz universali u interoperabbiltà permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-provvista ta' netwerk miftuħ (ONP) — id-Direttiva dwar l-interkonnessjoni (2) — għandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-awtorità regolatorja nazzjonali milli tobbliga lill-operatur ta' netwerk ta' konnessjoni interkonness ma' netwerk pubbliku lokali ta' telekomunikazzjoni li jħallas, għas-sena 2003, lill-operatur tan-netwerk lokali li jinsab f'pożizzjoni dominanti, kontribuzzjoni sabiex jikkumpensa t-telf ikkawżat lil dan ta' l-aħħar minħabba t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' dan in-netwerk.

    F'każ ta' risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

    Il-qorti nazzjonali għandha tieħu in kunsiderazzjoni n-nuqqas ta' konformità mad-dritt Komunitarju ta' tali obbligu, li joħroġ minn dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, fil-proċeduri dwar l-awtorizzazzjoni sabiex tiġi imposta kontribuzzjoni fuq l-operatur tan-netwerk ta' konnessjoni.


    (1)  ĠU L 192, p. 10.

    (2)  ĠU L 199, p. 32.


    Top