Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/139/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4757 — Nordic Capital/Thule) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 139, 23.6.2007, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 139/38


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4757 — Nordic Capital/Thule)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 139/07)

    1.

    FiL-15 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Nordic Capital VI Limited (“Nordic Capital”, taċ-Channel Islands) takkwista skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll tat-totalità ta' Thule AB (“Thule”, ta' l-Iżvezja), permezz ta' xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Nordic Capital: fond ta' investiment b'konċentrazzjoni fuq ir-reġjun Nordiku

    għal Thule: il-manifattura u l-bejgħ ta' sistemi għall-ġarr tat-tagħbija għal karozzi tal-passiġġieri, tow bars u wiring kits għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kbar, aċċessorji għal vetturi ta' rikreazzjoni u ktajjen għall-borra.

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.4757 — Nordic Capital/Thule, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top