Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/129/47

    Kawża F-36/07: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' April 2007 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 129, 9.6.2007, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 129/27


    Rikors ippreżentat fid-19 ta' April 2007 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-36/07)

    (2007/C 129/47)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiz

    Partijiet

    Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avocat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    Talbiet tar-rikorrent

    l-annullament tar-Rapport ta' Żvilupp ta' Karriera (RŻK) tar-rikorrent għall-perijodu 1.1.2005 — 31.12.2005 u iktar preċiżament il-parti tar-RŻK stabbilita minn Eurostat għal dan l-istess perijodu

    li l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tiġi ordnata tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni ta' l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Persunal u b'mod iktar speċifiku d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rappreżentanti sindakali u statutarji, fuq il-ksur tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi u tar-regola “patere legem quam ipse fecisti”.


    Top