This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/129/43
Case F-123/05: Order of the Civil Service Tribunal (Second Chamber) of 3 May 2007 — Bracke v Commission (Officials — Competitions — Internal competition — Eligibility conditions — Competition notice — Seniority requirement — Temporary staff — Article 27 of the Staff Regulations — Principle of sound administration — Principle of non-discrimination)
Kawża F-123/05: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 3 ta' Mejju 2007 — Bracke vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Kompetizzjonijiet — Kompetizzjoni interna — Kriterji ta' ammissjoni — Avviż ta' kompetizzjoni — Kriterju relatat ma' l-anzjanità fis-servizz — Persunal temporanju — Artikolu 27 ta' l-Istatut — Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta' non diskriminazzjoni)
Kawża F-123/05: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat- 3 ta' Mejju 2007 — Bracke vs Il-Kummissjoni (Uffiċjali — Kompetizzjonijiet — Kompetizzjoni interna — Kriterji ta' ammissjoni — Avviż ta' kompetizzjoni — Kriterju relatat ma' l-anzjanità fis-servizz — Persunal temporanju — Artikolu 27 ta' l-Istatut — Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba — Prinċipju ta' non diskriminazzjoni)
ĠU C 129, 9.6.2007, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 129/25 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Mejju 2007 — Bracke vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-123/05) (1)
(Uffiċjali - Kompetizzjonijiet - Kompetizzjoni interna - Kriterji ta' ammissjoni - Avviż ta' kompetizzjoni - Kriterju relatat ma' l-anzjanità fis-servizz - Persunal temporanju - Artikolu 27 ta' l-Istatut - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta' non diskriminazzjoni)
(2007/C 129/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Marc Bracke (Etterbreeck, il-Belġju) (rappreżentant: P. Bruwier, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitjiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u L. Lozano Palacios)
Suġġett tal-Kawża
Minn naħa, l-inapplikabbiltà, skond l-Artikolu 241 KE, tal-punt III.1 ta' l-avviż ta' kompetizzjoni COM/PC/04 minħabba ksur tal-prinċipju ta' non diskriminazzjoni, u min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni ta' l-AIPN li tiċħad ir-reklutaġġ tar-rikorrent, kif ukoll ta' l-atti adottati bħala riżultat ta' din id-deċiżjoni, minħabba li hija tikser l-Artikolu 27 ta' l-Istatut, il-prinċipju ta' non diskriminazzjoni, il-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba, il-prinċipju ta' indipendenza tal-bord, il-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi u minħabba li hija tibbaża ruħha fuq dispożizzjoni illegali tal-kompetizzjoni.
Dispożittiv tad-digriet
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat. |
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
(1) ĠU C 60 of 11.3.2006, p. 53.