Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/129/33

    Kawża T-105/07: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' April 2007 — MarketTools vs L-UASI — Optimus-Telecomunicações (ZOOMERANG)

    ĠU C 129, 9.6.2007, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 129/19


    Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2007 — MarketTools vs L-UASI — Optimus-Telecomunicações (ZOOMERANG)

    (Kawża T-105/07)

    (2007/C 129/33)

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: MarketTools, Inc. (San Francisco, L-Istati Uniti) (irrappreżentata minn: W. von der Osten-Sacken u A.. González Hähnlein, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni)

    Il-parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Optimus-Telecomunicações, SA (Maia, Il-Portugall)

    Talbiet tar-rikorrenti

    li tiġi annullata d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-25 ta' Jannar 2007 (Appell Nru R 253/2006-2);

    li Optimus-Telecomunicações S.A. tiġi ordnata tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: L-applikant

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Is-sinjal verbali “ZOOMERANG ”għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 42 — applikazzjoni Nru 1 603 950

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Optimus-Telecomunicações S.A.

    Trade mark jew sinjal invokat: Il-marki nazzjonali verbali u figurattivi “BOOMERANG ”għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 37, 38 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ntlaqgħet fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

    Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 inwantu l-Bord ta' l-Appell ma evalwax korrettament ix-xebh tal-prodotti u servizzi u tat-trade marks in kwistjoni.


    Top