Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/129/25

    Kawża C-210/07: Rikors imressaq fl- 20 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    ĠU C 129, 9.6.2007, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 129/14


    Rikors imressaq fl-20 ta' April 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja

    (Kawża C-210/07)

    (2007/C 129/25)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R.Vidal Puig u P. Dejmek, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja

    Talbiet tar-rikorrenti

    tikkonstata li, peress li r-Renju ta' Spanja, ma adottax il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/49/KE (1), fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija), jew, peress li ma nnotifikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, huwa naqas mill-obbligi li huwa għandu skond l-Artikolu 33 ta' din id-direttiva.

    tikkundanna lir-Renju ta' Spanja jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    It-terminu ta' traspożizzjoni fid-dritt intern tad-Direttiva 2004/49/KE skada fit-30 ta' April 2006.


    (1)  ĠU 2004 L 164, p. 44.


    Top