This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/117/27
Case C-150/07: Action brought on 15 March 2007 — Commission of the European Communities v Portuguese Republic
Kawża C-150/07: Rikors imressaq fil- 15 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
Kawża C-150/07: Rikors imressaq fil- 15 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 117, 26.5.2007, p. 16–16
(MT)
26.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 117/16 |
Rikors imressaq fil-15 ta' Marzu 2007 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-150/07)
(2007/C 117/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Wilms u M. Afonso, agenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
— |
tiddikjara li, billi rifjutat li tħallas lill-Kummissjoni l-interessi għad-dewmien dovuti għad-dewmien fil-ħlas tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema ATA u billi ma bidlitx il-prattika nazzjonali tagħha dwar it-tniżżil fil-kontabbiltà tar-riżorsi proprji fil-kuntest tas-sistema msemmija, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2, 6(2), 9, 10 u 11 tar-Regolament (KEE) Nru 1552/89 (1). |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fil-21 ta' Frar 1992, meta ġie vverifikat ex officio id-dħul mit-taxxi tad-dwana in kwistjoni, dan id-dħul ma kienx ġie formalment ikkontestat la minn naħa tad-debituri u lanqas mill-korp garanti, u l-ħlas ta' dawn it-taxxi kien iggarantit skond l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni ATA. B'hekk, kienu sodisfatti l-kundizzjonijiet għat-tniżżil fil-kontabbiltà A tad-dazji kkonfermati.
Id-dħul in kwistjoni kellu jitniżżel fil-kontabbiltà A u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-bilanċ Komunitarju fit-termini ta' żmien stabbiliti mir-Regolament Nru 1552/89. Peress li l-awtoritajiet Portugiżi damu biex iniżżlu dan id-dħul fil-kont skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1552/89, huma dovuti interessi għad-dewmien ikkalkulati skond l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament u, sa mill-31 ta' Mejju 2000, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000 (2). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Portugiżi kellhom jagħmlu l-prattiċi nazzjonali tagħhom konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja fit-trattament tal-każijiet kollha analogi li seħħew fil-kuntest tal-Konvenzjoni ATA.
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-29 ta' Mejju 1989, li japplika d-Deċiżjoni 88/376/KEE, Euratom, dwar is-sistema ta' riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 155, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta' Mejju 2000, li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (ĠU L 130, p. 1).