Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/117/18

    Kawża C-133/07 P: Appell imressaq fis- 6 ta' Marzu 2007 mir-Raiffeisen Zentralbank Österreich AG kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l- 14 ta' Diċembru 2006 , fil-kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b'riferiment għall-kawża T-259/02

    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 117, 26.5.2007, p. 10–11 (MT)

    26.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 117/10


    Appell imressaq fis-6 ta' Marzu 2007 mir-Raiffeisen Zentralbank Österreich AG kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej ta' l-14 ta' Diċembru 2006, fil-kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02, Raiffeisen Zentralbank Österreich AG et vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, b'riferiment għall-kawża T-259/02

    (Kawża C-133/07 P)

    (2007/C 117/17)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Raiffeisen Zentralbank Österreich AG (rappreżentanti: S. Völcker e G. Terhorst, avukati)

    Il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    It-talbiet tar-rikorrenti

    l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Diċembru 2006, kawżi magħquda T-259/02 sa T-264/02 u T-271/02 (1), safejn tiċħad ir-rikors ta' Raiffeisen Zentralbank;

    l-annullament ta' l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2002 C(2002) 2091 finali, fil-parti li tirrigwarda lil Raiffeisen Zentralbank:

    sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multi imposti fuq Raiffeisen Zentralbank mill-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata skond kif il-Qorti tal-Ġustizzja jidrilha li huwa xieraq;

    li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret l-Artikolu 81 KE billi ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet iġġustifikata li tikkunsidra li s-sempliċi estensjoni ta' l-akkordji interbankarji għal territorju ta' Stat Membru setgħet tikkawża ħsara għall-kummerċ bejn l-Istati.

    Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta dritt meta kkwalifikat l-akkordji interbankarji bħala “ksur partikolarment gravi”, fis-sens tal-linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi. Din il-Qorti applikat ħażin il-kriterji previsti f'dawn il-linji gwida li jirrigwardaw il-gravità tal-ksur (natura tal-ksur, effetti konkreti fuq is-suq, firxa tas-suq ġeografiku rilevanti), ma kkunsidratx is-selettività tal-miżuri ta' infurżar adottati mill-Kummissjoni u, fl-aħħar nett, m'għamlitx l-evalwazzjoni kumplessiva ta' l-opinjonijiet kollha li hija stess talbet.

    Il-Qorti tal-Prim'Istanza inġustament attribwiet lill-Raiffeisen Zentralbank il-kwoti tas-suq tas-settur kollu tal-banek Raiffeisen. Din il-Qorti illegalment illimitat il-kriterju ta' evalwazzjoni tagħha biss għad-differenzi “evidenti ”ta' trattament ma banek oħra. Ma kienx hemm il-bażijiet legali meħtieġa sabiex ikun hemm allokazzjoni sħiħa.

    Il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet żball ta' dritt meta evalwat il-kooperazzjoni ta' Raiffeisen Zentralbank. Hija applikat il-kriterju tal-“valur miżjud rilevanti ”bi ksur tal-projbizzjoni ta' retroattività, injorat il-volontarjetà tad-diversi kontributi li Raiffeisen Zentralbank ipprovdiet fil-kuntest tal-kooperazzjoni, inġustament qalbet l-oneru tal-prova f'dak li jirrigwarda l-valur tal-kooperazzjoni, inammissibbilment caħdet l-Espożizzjoni konġunta taċ-ċirkustanzi fattwali bħala kooperazzjoni mhux xierqa, u inġustament ma aċċettatx, bħala kontribut għall-finijiet ta' kooperazzjoni, id-dikjarazzjoni li Raiffeisen Zentralbank għamlet fir-rigward ta' l-iskop anti kompetittiv ta' l-akkordji.


    (1)  ĠU C 331, p. 29.


    Top