Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2004/169A/01

Pubblikazzjoni ta' post battal għal Direttur — COM/157/04

ĠU C 169A, 29.6.2004, p. 1–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

29.6.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

CA 169/1


PUBBLIKAZZJONI TA' POST VAKANTI GĦAL DIRETTUR

(l-Artikolu 29 (1a) u 29 (2) tar-Regolament tal-Personal)

COM/157/04

Il-Kummissjoni Ewropea qed timpjega (m/r)

Direttur għad-Direttorat Ġenerali għall-Ekonomija u għall-Affarijiet Finanzjarji

responsabbli li jmexxi s-segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC) u l-Kumitat għall-Politika Ekonomika (EPC) fi Brussel.

Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kien imwaqqaf mit-Trattat tal-KE (Artikolu 114.2). Fost ħidmiet oħra, il-Kumitat ser iżomm taħt osservazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' l-Istati Membri u tal-Komunitajiet, jagħti parir lill-Kunsill tal-Ministri u lill-Kummissjoni, u jagħti kontribut fit-tħejjija tax-xogħol tal-Kunsill f'kwistjonjiet Ekonomiċi u ta' l-Unjoni Monetarja.

Id-Direttur huwa responsabbli li jiddefinixxi l-istrateġija tas-segretarjat fi ħdan il-qafas tal-mandat EFC/EPC, imexxi b'mod effiċjenti r-riżorsi umani u finanzjarji tas-segretarjat, u jassigura l-kwalità tal-kontribuzzjonijiet tiegħu. Jirrapreżenta s-segretarjat fil-laqgħat ta' l-EFC/EPC, tal-Kunsill u tal-Eurogroup.

Il-lingwa ewlenija tax-xogħol fid-DĠ hija l-Ingliż. Għarfien eċċellenti ta' l-Ingliż jiġi kkunsidrat bħala vantaġġ.

Kwalifiki meħtieġa

Il-kandidati għandom ikollhom:

grad universitarju fl-ekonomija, Ph.D tkun ikkunsidrata vantaġġ;

Għarfien eċċellenti u kompetenza fl-oqsma makro- u mikro-ekonomiċi, għarfien fil-fond tal-mekkaniżmi tal-Komunità għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; prova ta' ħila ta' tmexxija, u l-ħila li jippressjedi diskussjoni b'mod effettiv;

Tmexxija soda; u ħiliet eċċelenti ta' negozjazzjoni u rappreżentazzjoni.

Min japplika għandu:

1.

ikun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri ta' l-UE;

2.

ikollu grad universitarju li jtih aċċess għal dottorat;

3.

ikollu mill-anqas 15-il sena esperjenza professjonali post-grad f'livell li għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq jagħtu aċċess. Mill-anqas ħames snin ta' esperjenza professjonali trid tkun seħħet f'livell għoli ta' tmexxija;

4.

ikollu għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-UE, u għarfien adegwat ta' oħra minn dawn il-lingwi.

Indipendenza u dikjarazzjoni ta' nteress

Il-Kandidati huma meħtieġa li jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu dikjarazzjoni ta' l-impenn tagħhom li jaħdmu indipendentement fl-interess tal-pubbliku u dikjarazzjoni ta' kull interess li jista' jkun ikkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

Ħatra u kundizzjonijiet tax-xogħol.

Id-Direttur ser ikun magħżul u maħtur mill-Kummissjoni skond il-proċeduri ta' l-għażla u ta' reklutaġġ. Il-kandidati li jitpoġġew fil-lista ser jissejħu għall-intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni dwar il-Ħatriet.

Salarji u kundizzjonijiet tax-xogħol huma dawk stabbiliti għall-uffiċjali li jokkupaw funzjoni li tikkorrispondi għall-post bażiku ta' Direttur tal-Komunitajiet Ewropej.

L-applikanti għandhom ikunu jafu li, taħt ir-Regolamenti l-ġodda tal-Personal, hemm il-ħtieġa għall-impjegati l-ġodda kollha li jgħaddu b'suċċess minn perjodu ta' prova ta' disa' xhur.

Din il-ħatra ser issir f' Brussel.

Opportunitajiet indaqs

L-Unjoni Ewropea tħaddan politika ta' opportunitajiet indaqs.

Proċedura ta' l-applikazzjoni

L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu biss id-dokumenti li ġejjin.

1.

curriculum vitae li ma jaqbiżx erba' paġni li għandhom jiġu sottomessi bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż. L-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fl-ewwel paġna tal-curriculum vitae:

Isem sħiħ (titlu, isem, kunjom)

Indirizz postali sħiħ

Indirizz ta' l-email

Numri tat-telefon (id-dar, l-uffiċċju u n-numru tat-telefon ċellulari)

Data tat-twelid

Sess

Nazzjonalità

Għarfien tal-lingwi (indika l-ilsien tat-twelid, għarfien sħiħ jew għarfien sodisfaċenti)

Titlu tal-grad li jagħti l-aċċess għal din il-proċedura ta' għażla u l-istituzzjoni minn fejn ingħata l-grad

Data ta' l-għoti tal-grad li jagħti aċċess għal din il-proċedura ta' għażla (jum, xahar u sena)

2.

ittra ta' motivazzjoni bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

L-applikazzjonijiet ma jitqiesux jekk ma jkunux kompluti (eż. nuqqas ta' ittra ta' motivazzjoni jew curriculum vitae jew it-tnejn).

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu bl-email.

L-indirizz ta' l-email għall-applikazzjonijiet huwa ADMIN-JOB-VACANCIES-MANAGEMENT@cec.eu.int. L-applikanti għandhom isemmu b'mod ċar in-numru tal-post battal COM/157/04 fis-suġġett ta' l-email tagħhom.

Huma biss l-applikanti li ma jistgħux jibgħatu l-applikazzjoni tagħhom bl-email li jistgħu jibgħatuha bil-posta reġistrata jew b'servizz ta' express courier lil:

Kummissjoni Ewropea

Directorate-General “Personnel and Administration”

“Organisation Chart and Management Staff” Unit

COM/157/04

MO-34 5/105

B-1049 Brussels.

Data ta' l-għeluq

l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu sat-30 ta' Lulju 2004 (data ta' l-e-mail jew data tat-timbru tal-posta rreġistrata).

L-applikazzjonijiet mibgħuta b'servizz ta' l-express courier għandhom jaslu f'dan l-indirizz qabel il-17,00 ta' 30 ta' Lulju 2004.


Top