This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62025TN0567
Case T-567/25: Action brought on 15 August 2025 – Mowi Poland v Commission
Kawża T-567/25: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2025 – Mowi Poland vs Il-Kummissjoni
Kawża T-567/25: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2025 – Mowi Poland vs Il-Kummissjoni
ĠU C, C/2025/5222, 6.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5222/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2025/5222 |
6.10.2025 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2025 – Mowi Poland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-567/25)
(C/2025/5222)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Mowi Poland S.A. (Ustka, il-Polonja) (rappreżentanti: Z. Kiedacz, K. Puchalska, radcowie prawni)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta’ Ġunju 2025 mogħtija fil-każ eżaminat mill-Kummissjoni bin-Nri 2024/6996, 2024/6997 kif ukoll 2025/0528 u li tiċħad it-talba ta’ aċċess għal dokumenti pubbliċi mressqa minn MOWI Poland S.A. mressqa fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 15(3) TFUE moqri fid-dawl tal-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 1049/2001 (1). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Kif jirriżulta mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, atti leġiżlattivi adottati mill-Unjoni huma suġġetti għall-obbligu ta’ motivazzjoni. Din il-motivazzjoni għandha tiġi adattata għan-natura tal-att ikkonċernat u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku l-intenzjoni tal-istituzzjoni, li hija l-awtriċi tal-att ikkonċernat. Fil-każ tal-għoti, mill-Kummissjoni, ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda skont it-tifsira tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, din id-deċiżjoni ma fiha ebda motivazzjoni, bil-konsegwenza li dan jikkostitwixxi ksur manifest tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5222/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)