Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0256

    Kawża T-256/24: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2024 – RMC-Consulting et vs Il-Parlament

    ĠU C, C/2024/4601, 29.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4601/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4601/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4601

    29.7.2024

    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2024 – RMC-Consulting et vs Il-Parlament

    (Kawża T-256/24)

    (C/2024/4601)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: RMC-Consulting Sàrl (Lussemburgu, Il-Lussemburgu), Felgen & Associés Engineering SA (Il-Lussemburgu) u Egis Bâtiments International (Montreuil, Franza) (rappreżentant: J. Wolter, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas lill-imsemmija rikorrenti l-ammont ta’ EUR 4 998 850,54, bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi moratorji fuq kull fattura prevista kuntrattwalment fil-każ ta’ ħlas tardiv, jiġifieri interessi moratorji kkalkolati abbażi tar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tagħha, flimkien ma’ tmien punti perċentwali, rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih il-ħlas sar eżiġibbli;

    tiddikjara li l-interessi moratorji għandhom jiġi kkalkolati fuq kull fattura b’effett mill-jum tal-iskadenza tagħhom jiġifieri (i) mit-2 ta’ Frar 2023 għall-fatturi [kunfidenzjali(1), u (ii) għall-fattura [kunfidenzjali] mit-13 ta’ Frar 2023, sad-data tal-ħlas, jew mid-data tat-talba ta’ intimazzjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023, inkluża fl-ittra ta’ intimazzjoni tal-5 ta’ Ġunju 2023, jew mill-jum li fih ġie ppreżentat ir-rikors, sad-data tal-ħlas;

    tordna lill-Parlament jirrestitwixxi l-garanzija bankarja għall-eżekuzzjoni korretta għall-perijodu 1 ta’ ammont ta’ EUR 466 116;

    tiddikjara li l-Parlament huwa responsabbli kuntrattwalment inkella delittwalment fis-sens tal-Artikoli 1382 u 1383 tal-Kodiċi Ċivili Lussemburgiż minħabba d-danni kkawżati mir-rifjut tiegħu li jħallas il-fatturi dovuti u li jirrestitwixxi l-garanzija skaduta jew ir-rifjut li jinnegozja kwistjoni tranżazzjonali;

    tikkundanna lill-Parlament iħallas lill-imsemmija rikorrenti l-ammont ta’ EUR 35 855,20 għall-ispejjeż tal-avukat antiċipati;

    tordna lill-Parlament iħallas lill-imsemmija rikorrenti l-ispejjeż kollha sostnuti għall-finijiet tal-proċedura skont l-Artikolu 133 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, peress li jkun inġust li huma jitħallew isostnu tali spejjeż waħedhom fid-dawl tal-aġir tal-konvenut li wassal għat-tilwima;

    tordna lill-Parlament iħallas lill-imsemmija rikorrenti l-ammont ta’ EUR 15 000 għall-ispejjeż kollha neċessarjament sostnuti għall-finijiet tal-proċedura, skont l-Artikolu 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, peress jkun inġust li huma jitħallew isostnu tali spejjeż waħedhom fid-dawl tal-aġir tal-konvenut li wassal għat-tilwima.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi kuntrattwali min-naħa tal-Parlament, abbażi tal-fatt li dan tal-aħħar huwa obbligat iħallas lir-rikorrenti għas-servizzi li huma pprovdew, konformement mad-dispożizzjoni kuntrattwali.

    2.

    It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-ammonti ffatturati. Ir-rikorrenti jsostnu li l-fatturi kollha ġew diskussi bejn il-partijiet u li l-ammonti ma ġewx ikkontestati.

    3.

    It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ prova ta’ kull ineżekuzzjoni kuntrattwali min-naħa tar-rikorrenti.

    4.

    Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq talba ta’ restituzzjoni tal-garanzija ta’ eżekuzzjoni korretta. Ir-rikorrenti jitolbu l-liberazzjoni tal-garanzija ta’ eżekuzzjoni korretta ta’ ammont ta’ EUR 466 116.

    5.

    Il-ħames motiv huwa bbażat fuq id-dannu mġarrab mir-rikorrenti li jqisu li n-nuqqasijiet jew in-negliġenzi mwettqa mill-Parlament jimplikaw ir-responsabbiltà kuntrattwali jew delittwali tiegħu skont l-Artikoli 1382 u 1383 tal-Kodiċi Ċivili Lussemburgiż.


    (1)  Données confidentielles occultées.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4601/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top