Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0238

Kawża T-238/24: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2024 – Karić vs Il-Kunsill

ĠU C, C/2024/3792, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3792/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3792/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3792

24.6.2024

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2024 – Karić vs Il-Kunsill

(Kawża T-238/24)

(C/2024/3792)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bogoljub Karić (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentanti: W. Julié u A. Beauchemin, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/769 tas-26 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), sa fejn din iżżomm isem ir-rikorrent fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/768 tas-26 ta’ Frar 2024 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2), sa fejn huwa jżomm isem ir-rikorrent fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u l-obbligu ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni.


(1)   ĠU L, 2024/769, 27.2.2024.

(2)   ĠU L, 2024/768, 27.2.2024.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3792/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top