EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TN0233

Kawża T-233/24: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2024 – Gutseriev vs Il-Kunsill

ĠU C, C/2024/3789, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3789/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3789/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3789

24.6.2024

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2024 – Gutseriev vs Il-Kunsill

(Kawża T-233/24)

(C/2024/3789)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mikail Safarbekovich Gutseriev (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Kennelly, Senior Counsel, J. Pobjoy, Barrister-at-Law, u D. Anderson, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla (i) id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/769 tas-26 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1) u (ii) ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/768 tas-26 ta’ Frar 2024 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent (iktar ’il quddiem, flimkien, l-“Atti kkontestati tal-2024”)

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara li l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 (kif emendata) u l-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 (kif emendat) huma inapplikabbli, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent, minħabba illegalità, u konsegwentement tannulla, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent, l-Atti kkontestati tal-2024;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qies li kien hemm bażi fattwali suffiċjenti li tiġġustifika li isem ir-rikorrent jiġi inkluż fil-listi inkwistjoni abbażi tal-kriterji previsti fl-Atti kkontestati tal-2024.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser l-Artikolu 296 TFUE minħabba li l-Atti kkontestati tal-2024 huma vvizzjati minn insuffiċjenza ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inkluż id-drittijiet għall-ħajja privata, għall-proprjetà u għal-libertà ta’ intrapriża.


(1)  ĠU L, 2024/769

(2)  ĠU L, 2024/768


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3789/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top