Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024TB0161

    Kawża T-161/24 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2024 – NTT Data Belgique et vs BEI (“Miżuri proviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Servizzi ta’ konsulenza informatika għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-BEI – Talba għal miżuri proviżorji – Nuqqas ta’ fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi”)

    ĠU C, C/2024/4480, 22.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4480/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4480/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/4480

    22.7.2024

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2024 – NTT Data Belgique et vs BEI

    (Kawża T-161/24 R)

    (Miżuri proviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Servizzi ta’ konsulenza informatika għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-BEI - Talba għal miżuri proviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi)

    (C/2024/4480)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: NTT Data Belgique (Brussell, il-Belġju), Sopra Steria PSF Luxembourg SA (Leudelange, il-Lussemburgu), UniSystems Luxembourg Sàrl (Bertrange, il-Lussemburgu), Netcompany – Intrasoft (Ixelles, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer, L. Lence de Frutos, R. Fernández de la Cruz u N. Korogiannakis, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: G. Faedo, K. Carr u C. Solazzo, aġenti, assistiti minn B. Schutyser u H. Plancke, avukati)

    Suġġett

    Permezz tat-talba tagħhom ibbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu, essenzjalment, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investment (BEI) tal-4 ta’ Marzu 2024 li ċaħdet l-offerta li l-konsorzju ssottometta bħala parti mill-proċedura tas-sejħa għal offerti CFT-1699 intitolata “Servizzi ta’ konsulenza informatika għal applikazzjonijiet speċifiċi fil-BEI (TAILOR)” u, min-naħa l-oħra, is-sospensjoni tal-iffirmar tal-kuntratt fil-qafas tal-imsemmija proċedura.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    Id-digriet tas-26 ta’ Marzu 2024, NTT Data Belgique et vs BEI (T-161/24 R), huwa rrevokat.

    3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4480/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top