Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62024CN0305

Kawża C-305/24, Choinquand: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fis-26 ta’ April 2024 – TB, MV vs Caisse pour l’avenir des enfants

ĠU C, C/2024/5066, 26.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5066/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5066/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5066

26.8.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fis-26 ta’ April 2024 – TB, MV vs Caisse pour l’avenir des enfants

(Kawża C-305/24, Choinquand  (1) )

(C/2024/5066)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TB, MV

Konvenut: Caisse pour l’avenir des enfants

Domandi preliminari

1)

a)

Il-kunċett ta’ “provvista għall-manteniment” ta’ wild, li minnu joriġina l-istatus ta’ membru tal-familja fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif applikat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-kisba minn ħaddiem fruntalier ta’ vantaġġ soċjali marbut mal-eżerċizzju, min-naħa tiegħu, ta’ attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru, għall-wild tal-konjuġi tiegħu jew tas-sieħeb jew sieħba rreġistrat/a tiegħu, li miegħu l-ħaddiem ma għandux relazzjoni ta’ filjazzjoni, moqri waħdu jew flimkien mal-prinċipju li d-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jiżguraw il-moviment liberu tal-ħaddiema għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’, għandu jiġi interpretat bħala li jkun issodisfatt, u għaldaqstant jagħti d-dritt li jinkiseb il-vantaġġ soċjali,

mill-fatt biss taż-żwieġ jew ta’ unjoni rreġistrata bejn il-ħaddiem fruntalier u ġenitur tal-wild

mill-fatt biss ta’ domiċilju jew ta’ residenza komuni bejn il-ħaddiem fruntalier u l-wild

mill-fatt biss li l-ħaddiem fruntalier ikun assuma spiża ta’ kwalunkwe tip għall-benefiċċju tal-wild, anki jekk

din tkopri bżonnijiet li ma humiex essenzjali jew alimentari

din issir lil terz u tibbenefika lill-wild biss indirettament

din ma ssirx fl-interess esklużiv jew speċifiku tal-wild, iżda tkun ta’ benefiċċju għall-familja kollha

din tkun biss okkażjonali

din tkun inqas minn dik tal-ġenituri

din tkun biss insinjifikattiva fid-dawl tal-bżonnijiet tal-wild

mill-fatt biss li l-ispejjeż isiru minn kont komuni għall-ħaddiem fruntalier u għall-konjuġi jew sieħeb jew sieħba rreġistrat/a tiegħu, ġenitur tal-wild, irrispettivament mill-oriġini tal-fondi fl-istess kont

mill-fatt biss li l-wild ikollu inqas minn 21 sena?

b)

Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, il-kunċett ta’ “provvista għall-manteniment” għandu jiġi interpretat bħala li jkun issodisfatt, u għaldaqstant jagħti dritt li jinkiseb il-vantaġġ soċjali, meta jkunu jirriżultaw tnejn minn dawn iċ-ċirkustanzi jew iktar?

2)

Il-kunċett ta’ “provvista għall-manteniment” ta’ wild, li minnu joriġina l-istatus ta’ membru tal-familja fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif applikat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-kisba minn ħaddiem fruntalier ta’ vantaġġ soċjali marbut mal-eżerċizzju, min-naħa tiegħu, ta’ attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru, għall-wild tal-konjuġi tiegħu jew tas-sieħeb jew sieħba rreġistrat/a tiegħu, li miegħu l-ħaddiem ma għandux relazzjoni ta’ filjazzjoni, moqri waħdu jew flimkien mal-prinċipju li d-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jiżguraw il-moviment liberu tal-ħaddiema għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’, għandu jiġi interpretat bħala li ma jkunx issodisfatt, u għaldaqstant jeskludi d-dritt li jinkiseb il-vantaġġ soċjali,

mill-fatt biss tal-eżistenza ta’ obbligu alimentari tal-ġenituri tal-wild, indipendentement

mill-kwistjoni ta’ jekk dan il-kreditu alimentari huwiex stabbilit permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew permezz ta’ kuntratt

mill-ammont stabbilit ta’ dan il-kreditu alimentari

mill-kwistjoni ta’ jekk id-debitur iħallasx fil-fatt dan id-dejn alimentari

mill-kwistjoni ta’ jekk il-kontribuzzjoni tal-ħaddiem fruntalier tikkumpensax għal inadempjenza ta’ ġenitur tal-wild

mill-fatt biss li l-wild jgħix perijodikament, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ dritt ta’ aċċess jew ta’ akkomodazzjoni jew ta’ residenza alternata jew modalità oħra, mal-ġenitur l-ieħor?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5066/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top