This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024CN0277
Case C-277/24, Adjak: Request for a preliminary ruling from the Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (Poland) lodged on 22 April 2024 – M.B. v Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
Kawża C-277/24, Adjak: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-22 ta’ April 2024 – M.B. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
Kawża C-277/24, Adjak: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-22 ta’ April 2024 – M.B. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
ĠU C, C/2024/4446, 22.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4446/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4446 |
22.7.2024 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-22 ta’ April 2024 – M.B. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
(Kawża C-277/24, Adjak (1) )
(C/2024/4446)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M.B.
Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu
Domanda preliminari
L-Artikoli 205 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2), moqrija flimkien mal-Artiklu 2 TUE (l-Istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem) kif ukoll mal-Artikolu 17 (id-dritt għall-proprjetà), l-Artikolu 41 (id-dritt għal amministrazzjoni tajba) u l-Artikolu 47 (id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll flimkien mal-prinċipji li ġejjin iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni: il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dritt għal smigħ xieraq u d-drittijiet tad-difiża, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali u prassi nazzjonali bbażata fuqha li jirrifjutaw lil persuna fiżika (membru ta’ Bord ta’ Tmexxija ta’ persuna ġuridika) li tista’ titqies responsabbli in solidum, fuq il-patrimonju privat kollu tagħha, għad-dejn fiskali ta’ din il-persuna ġuridika fir-rigward tal-VAT, id-dritt li tipparteċipa attivament fil-proċedura intiża li tistabbilixxi dan id-dejn fiskali permezz ta’ deċiżjoni definittiva tal-amministrazzjoni fiskali, filwaqt li din il-persuna fiżika ssib ruħha mċaħħda, fil-proċedura separata intiża sabiex tistabbilixxi r-responsabbiltà in solidum tagħha għad-dejn fiskali tal-persuna ġuridika fir-rigward tal-VAT, minn motiv adegwat sabiex jiġu kkontestati b’mod effettiv il-konstatazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet preċedentement imwettqa fir-rigward tal-eżistenza jew tal-ammont tad-dejn fiskali tal-persuna ġuridika, li jinsabu fid-deċiżjoni definittiva tal-amministrazzjoni fiskali preċedentement adottata mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ din il-persuna fiżika, b’konsegwenza li din id-deċiżjoni tikkostitwixxi preċedent f’din il-proċedura separata skont dispożizzjoni nazzjonali kkonfermata minn prassi nazzjonali?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4446/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)