Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0559

    Kawża T-559/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2023 – Skins IP vs EUIPO – Symphony (S SKINS)

    ĠU C, C/2023/349, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/349/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/349/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2023/349

    30.10.2023

    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2023 – Skins IP vs EUIPO – Symphony (S SKINS)

    (Kawża T-559/23)

    (C/2023/349)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Skins IP Ltd (Shirebrook, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister-at-Law)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Symphony Holdings Ltd (Hamilton, Bermuda)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “S SKINS” – Trade mark tal-Unjoni Nru 5 310 511

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 1796/2022-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddeċiedi dwar l-appell u tirrevoka l-ispeċifikazzjoni tal-klassi 10 fl-intier tagħha u tirrevoka l-ispeċifikazzjoni tal-klassi 25 bl-eċċezzjoni tal-prodotti segwenti:

    Klassi 25: “Ilbies, ilbies tar-ras, b’mod partikolari lbies ta’ kompressjoni, ilbies tal-fitness, ilbies tal-ġiri”;

    tordna lill-EUIPO u lill-intervenjent (jekk il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO tipparteċipa debitament bħala intervenjent) ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u jsostnu l-ispejjeż tar-rikorrent għall-annullament.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/349/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top