Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0542

Kawża T-542/23: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2023 – Uss vs Il-Kunsill

ĠU C, C/2023/344, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/344/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/344/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/344

30.10.2023

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2023 – Uss vs Il-Kunsill

(Kawża T-542/23)

(C/2023/344)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Artem Alexandrovich Uss (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: R. Moeyersons, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1094 (1) tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2023/1089 (2) tal-5 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza u tad-drittijiet tad-difiża (l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”))

Id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika n-negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja, bħala definizzjoni, bħala “negozjanti ewlenin jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti fis-setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa”, irrispettivament minn jekk dan huwiex effettivament il-każ jew le.

Id-deċiżjoni kkontestata tikklassifika lill-membri tal-familja immedjati, jew persuni fiżiċi oħra li jibbenefikaw minn negozjanti ewlenin li joperaw fir-Russja, bħala definizzjoni, bħala persuni li jgħinu lil dawn in-negozjanti ewlenin jevitaw il-miżuri restrittivi, irrispettivament minn jekk dan huwiex effettivament il-każ jew le.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea)

Id-deċiżjoni la hija adegwata u lanqas neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan fundamentali mfittex u r-restrizzjonijiet li timponi fuq il-persuni huma eċċessivi meta pparagunati ma’ dan l-għan fundamentali. Hija tippermetti wkoll li jiġu ssanzjonati wkoll negozjanti mhux ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi

Minħabba l-bidla u l-estensjoni kostanti tal-kriterji li permezz tagħhom persuni u entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, huwa impossibbli għall-persuni kkonċernati u għall-persuni li jirrisjedu fir-Russja li jadattaw l-aġir tagħhom skont ix-xewqat tal-Kunsill.

Id-deċiżjoni kkontestata tuża kriterji vagi bħal “negozjanti ewlenin” u “setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa”. Hija ma tipprovdi ebda kriterju kwantitattiv jew kwalitattiv sabiex tistabbilixxi min huwa “ewlieni” u liema huma dawn is-setturi. Is-setturi msemmija lanqas ma ġew iddefiniti.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni (Artikoli 20 u 21 tal-Karta)

Id-deċiżjoni kkontestata tkopri l-membri tal-familja tan-negozjanti ewlenin filwaqt li ma tikkonċernax il-membri tal-familja tal-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a) u fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.


(1)   ĠU 2023, L 146, p. 20.

(2)   ĠU 2023, L 146, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/344/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top