Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0316

    Kawża T-316/23: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2023 – Pfriem vs EUIPO – U-Control (UC)

    ĠU C 261, 24.7.2023, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/44


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2023 – Pfriem vs EUIPO – U-Control (UC)

    (Kawża T-316/23)

    (2023/C 261/60)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Hanns Pfriem (Schweinfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: U-Control Srl (Torrile, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “UC” / Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 569 179 li tindika l-Unjoni

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1404/2022-4

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B3146448 fl-intier tagħha, u tiċħad l-applikazzjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti u servizzi kollha kkontestati;

    sussidjarjament,

    tibgħat il-każ lill-Bord tal-Appell għall-eżami mill-ġdid.

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrent.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

    Ksur tal-Artikolu 27(2) flimkien mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top