This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0306
Case T-306/23: Action brought on 30 May 2023 — Red Bull and Others v Commission
Kawża T-306/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2023 – Red Bull et vs Il-Kummissjoni
Kawża T-306/23: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2023 – Red Bull et vs Il-Kummissjoni
ĠU C 261, 24.7.2023, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 261/40 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2023 – Red Bull et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-306/23)
(2023/C 261/55)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Red Bull u.a (Fuschl am See, l-Awstrija) Red Bull France SASU (Pariġi, Franza), Red Bull Nederland BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: H. Wollmann, F. Urlesberger, J. Schindler u F. Dethmers, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna spezzjoni C (2023) 1689 final tat-8 ta’ Marzu 2023; |
— |
tannulla kull miżura ordnata mill-Kummissjoni matul l-ispezzjoni; b’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali għandha tiddikjara t-tkomplija tal-ispezzjoni inammissibbli u tordna lill-Kummissjoni tirritorna l-kopji kollha tad-dokumenti magħmula u miġbura mill-awtorità matul l-ispezzjoni; u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq assenza manifesta ta’ fondatezza tad-deċiżjoni li tordna spezzjoni L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni li tordna spezzjoni għandha tiġi annullata, peress li l-ilmenti inkluża fiha huma manifestament infondati. Anki jekk jiġi preżunt li l-allegazzjonijiet fattwali tal-Kummissjoni huma korretti (quod non), fuq il-bażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni nfisha u ta’ informazzjoni pubblika disponibbli għall-Kummissjoni qabel ma adottat id-deċiżjoni li tordna spezzjoni, dawn ma jikkostitwixxux ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq indizji insuffiċjenti għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tordna spezzjoni Jidher li fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ma kellhiex provi suffiċjenti ta’ aġir antikompetittiv sabiex tiġġustifika spezzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u nuqqas ta’ preċiżjoni tad-deċiżjoni li tordna spezzjoni L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni li tordna spezzjoni għandu jiġi annullat peress li ma huwiex suffiċjentement immotivat u jinkludi deskrizzjoni twila ħafna u impreċiża dwar is-suġġett tal-ispezzjoni, b’tali mod li ma jippermettix lir-rikorrenti jkunu jafu b’mod ċar l-obbligi tagħhom ta’ kooperazzjoni fl-ispezzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni li tordna spezzjoni, u d-deċiżjonijiet l-oħra relatati magħha, meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni matul l-ispezzjoni, għandhom jiġu annullati minħabba li jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan japplika, b’mod partikolari, għat-tkomplija tal-ispezzjoni fil-bini tal-konvenuta fi Brussell, ordnata mill-Kummissjoni għal żmien indefinit, li tippreġudika b’mod eċċessiv id-drittijiet tar-rikorrenti. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli proċedurali essenzjali u tad-drittijiet tad-difiża Il-Kummissjoni naqset milli tiżgura li l-awtoritajiet responsabbli tal-Awstrija kellhom il-mezzi kollha neċessarji sabiex jeżerċitaw is-setgħa ta’ kontroll tagħhom fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti matul l-ispezzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kisret regoli proċedurali essenzjali u ppreġudikat id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kisret id-dritt tar-rikorrenti għal assistenza legali, protett mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |