Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0203

    Kawża T-203/23: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2023 – Studiocanal vs EUIPO – Leonine Distribution (ARTHAUS)

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/42


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2023 – Studiocanal vs EUIPO – Leonine Distribution (ARTHAUS)

    (Kawża T-203/23)

    (2023/C 189/56)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Studiocanal GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leonine Distribution GmbH (München, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ARTHAUS – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 988 216

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1532/2022-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ddikjarat it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala ammissibbli fir-rigward tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 59(1)(a) u tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikoli 12(1)(b) u 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1430.


    Top