EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0105

Kawża T-105/23: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2023 – Iceland Foods vs EUIPO – Íslandsstofa (Promote Iceland) et (ICELAND)

ĠU C 134, 17.4.2023, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/18


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2023 – Iceland Foods vs EUIPO – Íslandsstofa (Promote Iceland) et (ICELAND)

(Kawża T-105/23)

(2023/C 134/25)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iceland Foods Ltd (Deeside, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Vos, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Íslandsstofa (Promote Iceland) (Rejkjavik, l-Islanda), Iceland, SA – Business Iceland (Rejkjavik)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ICELAND” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 673 374

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1238/2019-G

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors u tikkundanna lil Íslandsstofa (Promote Iceland), il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Islandiż u SA – Business Iceland għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell..

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top