EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0082

Kawża T-82/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Nextrend vs EUIPO – Xiamen Axent Corporation and Axent Switzerland (Toilet units (part of -))

ĠU C 121, 3.4.2023, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/15


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Nextrend vs EUIPO – Xiamen Axent Corporation and Axent Switzerland (Toilet units (part of -))

(Kawża T-82/23)

(2023/C 121/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nextrend GmbH (Flörsheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Weiland u C. Corbet, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xiamen Axent Corporation Ltd (Haicang, iċ-Ċina), Axent Switzerland AG (Rapperswil-Jona, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 2 769 299-0001

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1604/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara d-disinn kontenzjuż ikkonċernat invalidu;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 63(2) flimkien mal-Artikolu 53(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


Top