This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0079
Case T-79/23: Action brought on 17 February 2023 — Chiquita Brands v EUIPO — Jara 2000 (CHIQUITA QUEEN)
Kawża T-79/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Chiquita Brands vs EUIPO – Jara 2000 (CHIQUITA QUEEN)
Kawża T-79/23: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Chiquita Brands vs EUIPO – Jara 2000 (CHIQUITA QUEEN)
ĠU C 121, 3.4.2023, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 121/15 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2023 – Chiquita Brands vs EUIPO – Jara 2000 (CHIQUITA QUEEN)
(Kawża T-79/23)
(2023/C 121/20)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Chiquita Brands LLC (Fort Lauderdale, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Dissmann u L. Jones, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jara 2000, SL (Murcia, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CHIQUITA QUEEN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 075 274
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1811/2021-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti fil-proċeduri quddiem il-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |