EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0066

Kawża T-66/23: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE Allergy)

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/48


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2023 – Aesculap vs EUIPO – Aeneas (AESKUCARE Allergy)

(Kawża T-66/23)

(2023/C 112/63)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aesculap AG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aeneas GmbH & Co. KG (Wendelsheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AESKUCARE Allergy – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 917 493

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 20/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2021 ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet miċħuda fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni fil-klassijiet 5, 42 u 44;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top