Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0060

    Kawża T-60/23: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Ilovepdf vs EUIPO (ILOVEPDF)

    ĠU C 112, 27.3.2023, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/46


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2023 – Ilovepdf vs EUIPO (ILOVEPDF)

    (Kawża T-60/23)

    (2023/C 112/59)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ilovepdf, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Oriol Asensio, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “ILOVEPDF” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 142 577

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 641/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali tannulla d-deċiżjoni kkontestata (kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata tat-12 ta’ Frar 2021) u tagħti deċiżjoni ġdida li tissostitwixxi dawk preċedenti sabiex jitkomplew il-proċedimenti għall-pubblikazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-Bullettin tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, favur l-għoti tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ILOVEPDF, u tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti u r-rimbors tat-tariffi mħallsa lill-EUIPO għall-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

    Motivi invokati

    Nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni dwar kwistjoni preliminari proċedurali importanti dwar ir-reviżjoni ta’ deċiżjonijiet u ripetizzjoni sussegwenti ta’ raġunijiet ta’ ċaħda li tħalliet barra mid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO;

    Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top