Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0052

Kawża T-52/23: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Olive Line International vs EUIPO – Santa Rita Harinas (SANTARRITA)

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2023 – Olive Line International vs EUIPO – Santa Rita Harinas (SANTARRITA)

(Kawża T-52/23)

(2023/C 112/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Santa Rita Harinas, SLU (Loranca de Tajuña, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SANTARRITA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 236 520

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 577/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni peress li l-kokonvenut, is-sid tat-trade mark opponenti, ma ppruvax l-użu minimu u ġenwin tas-sinjal tiegħu għall-prodott basal moqli;

sussidjarjament u b’mod kumulattiv, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni f’relazzjoni mal-prodotti żebbuġ ipproċessat u basal moqli fil-Klassi 29 peress li huma prodotti differenti;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-każ li tintervjeni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top