EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023TN0041
Case T-41/23: Action brought on 3 February 2023 — Pollen + Grace v EUIPO — Grace Foods (POLLEN + GRACE)
Kawża T-41/23: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Pollen + Grace vs EUIPO – Grace Foods (POLLEN + GRACE)
Kawża T-41/23: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Pollen + Grace vs EUIPO – Grace Foods (POLLEN + GRACE)
ĠU C 112, 27.3.2023, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/38 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Pollen + Grace vs EUIPO – Grace Foods (POLLEN + GRACE)
(Kawża T-41/23)
(2023/C 112/49)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pollen + Grace Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Johnson, Barrister-at-Law, u L. Buckley, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grace Foods Ltd (Castries, Santa Luċija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “POLLEN + GRACE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 099 623
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1815/2021-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawn sostnuti mir-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |