Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0022

    Kawża T-22/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2023 – Markt-Pilot vs EUIPO (MARKT-PILOT)

    ĠU C 83, 6.3.2023, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/30


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2023 – Markt-Pilot vs EUIPO (MARKT-PILOT)

    (Kawża T-22/23)

    (2023/C 83/39)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Mark-Pilot GmbH (Beilstein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Nielen, avukat, u A. Puff, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MARKT-PILOT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 531 626

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 672/2022-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top