Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0795

    Kawża C-795/23, konektra: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2023 – konektra GmbH u LN vs USM U. Schärer Söhne AG

    ĠU C, C/2024/1844, 11.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1844/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1844/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/1844

    11.3.2024

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2023 – konektra GmbH u LN vs USM U. Schärer Söhne AG

    (Kawża C-795/23, konektra)

    (C/2024/1844)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: konektra GmbH, LN

    Konvenut: USM U. Schärer Söhne AG

    Domandi preliminari

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija adita bid-domandi preliminari sussegwenti li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(a), tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (1):

    1)

    Fil-każ ta’ xogħlijiet ta’ arti applikata, teżisti relazzjoni ta’ regola u ta’ eċċezzjoni bejn il-protezzjoni taħt id-dritt tad-disinni u l-protezzjoni taħt id-drittijiet tal-awtur fis-sens li, meta tkun qiegħda tiġi eżaminata l-oriġinalità ta’ dawn ix-xogħlijiet fid-dawl tad-drittijiet tal-awtur, għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-għażliet liberi u kreattivi tad-disinjatur rekwiżiti ogħla, fatt li ma huwiex il-każ fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ xogħlijiet?

    2)

    Meta tkun qiegħda tiġi eżaminata l-oriġinalità fid-dawl tad-drittijiet tal-awtur, huwa neċessarju li wieħed jibbaża ruħu (wkoll) fuq il-perċezzjoni suġġettiva tad-disinjatur fir-rigward tal-proċess kreattiv u d-disinjatur għandu b’mod partikolari ikun għamel l-għażliet liberi u kreattivi b’mod intenzjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jitqiesu bħala tali fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

    3)

    Fil-każ fejn, meta tkun qiegħda tiġi eżaminata l-oriġinalità, ikun neċessarju li wieħed jibbaża ruħu b’mod deċiżiv fuq il-punt dwar jekk, u sa fejn, ix-xogħol huwa l-espressjoni oġġettiva ta’ kreazzjoni artistika: jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll għal dan l-eżami ċirkustanzi sussegwenti għall-mument li fih tkun inħolqot il-kreazzjoni, determinanti għall-evalwazzjoni tal-oriġinalità, bħall-preżentazzjoni tal-kreazzjoni f’wirjiet tal-arti jew f’mużewijiet, jew anki r-rikonoxximent tagħha fl-oqsma speċjalizzati?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1844/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top