Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0752

    Kawża C-752/23 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2023 minn Dow Silicones Corp. et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-20 ta’ Settembru 2023 fil-Kawżi T-858/16 u T-867/16, Dow Silicones et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C, C/2024/1531, 26.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1531/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1531/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/1531

    26.2.2024

    Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2023 minn Dow Silicones Corp. et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fl-20 ta’ Settembru 2023 fil-Kawżi T-858/16 u T-867/16, Dow Silicones et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-752/23 P)

    (C/2024/1531)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Dow Silicones Corp., li kienet Dow Corning Corp.; Dow Silicones Belgium, li kienet Dow Corning Europe; Vinventions, li kienet Nomacorc (rappreżentanti: H. Gilliams, L. Goossens, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza appellata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri tal-appellanti f’din il-kawża, kif ukoll fil-Kawżi T-858/16 u T-867/16, u

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1699 tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna li tirrigwarda l-eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Belġju (1) jew, fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 2 tagħha.

    Sussidjarjament:

    tannulla s-sentenza appellata, u

    tibgħat il-każ lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-ewwel aggravju huwa dirett kontra l-konstatazzjoni fis-sentenza appellata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1699 iddefinixxiet korrettement il-qafas ta’ referenza kif ukoll li kienet iġġustifikata li ssib li l-iskema tidderoga mis-sistema ta’ referenza.

    It-tieni aggravju huwa dirett kontra l-konstatazzjoni fis-sentenza appellata li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1699 kienet iġġustifikata li tikkwalifika l-iskema bħala miżura selettiva.

    It-tielet aggravju huwa dirett kontra l-konstatazzjoni fis-sentenza appellata li l-ordni ta’ rkupru, kif espress fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/1699, kien iġġustifikat.


    (1)   ĠU 2016, L 260, p. 61.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1531/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top