EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0748

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-6 ta’ Diċembru 2023 – C. Limited vs M. S. (Kawża C-748/23, Gekus)

ĠU C, C/2024/2011, 18.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2011/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2011/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/2011

18.3.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fis-6 ta’ Diċembru 2023 – C. Limited vs M. S.

(Kawża C-748/23, Gekus (1))

(C/2024/2011)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C. Limited

Konvenut: M. S.

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċirkustanzi tal-ħatra ta’ imħallef jistgħu minnhom infushom jikkonfermaw li dan l-imħallef ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ indipendenza u imparzjalità, meta dawn iwasslu għall-kostituzzjoni ta’ qorti li tikser id-dritt tal-parti fil-kawża għal qorti, jew, sussidjarjament, fis-sens li l-aċċettazzjoni passiva minn dan l-imħallef (li jimmanifesta bil-fatt li jibqa’ jagħti deċiżjonijiet) tal-irregolaritajiet li jivvizzjaw il-proċedura tal-ħatra tiegħu għall-pożizzjoni ta’ imħallef, u li twassal għall-kostituzzjoni ta’ qorti li tikser id-dritt tal-parti fil-kawża għal qorti, jikkonferma li dawn il-kundizzjonijiet ma jintlaħqux?

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jistgħux jiddeċiedu f’kawża relatata mal-kriterju hekk imsejjaħ ta’ imparzjalità ta’ mħallef tas-Sąd. Najwyższy (il-Qorti Suprema) ta’ mħallfin li l-parteċipazzjoni tagħhom tikser id-dritt tal-parti fil-kawża għal qorti, peress li l-ħatra tagħhom għall-kariga ta’ imħallef tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) saret fuq proposta tal-Krajowa Rada Sądownictwa (il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura) ikkostitwita skont il-proċedura prevista fid-dispożizzjonijiet tal-ustawa o zmianie ustawy o Krajowej Radzie Sądownictwa oraz niektórych innych ustaw (il-Liġi li temenda l-Liġi dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ġudikatura u Ċerti Liġijiet Oħra), tat-8 ta’ Diċembru 2017 (Dz. U. tal-2018, pożizzjoni 3)?

3)

Jekk it-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) hija obbligata li tiddetermina l-kulleġġ ġudikanti li jeżamina każ relatat mal-kriterju hekk imsejjaħ ta’ imparzjalità billi tiżgura li tali mħallfin ma jipparteċipawx fih, u, fl-aħħar mill-aħħar, minn naħa, tinjora d-dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi kulleġġ ta’ ħames imħallfin f’tali kawżi, u, min-naħa l-oħra, li teżamina t-talba mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dawn l-imħallfin, f’kulleġġ ieħor previst mid-dritt nazzjonali?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2011/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top