EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0683

Kawża C-683/23, Encarna: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n° 19 de Barcelona (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2023 – Encarna vs Elías

ĠU C, C/2024/1836, 11.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1836/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1836/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1836

11.3.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 19 de Barcelona (Spanja) fl-14 ta’ Novembru 2023 – Encarna vs Elías

(Kawża C-683/23, Encarna)

(C/2024/1836)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 19 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Encarna

Konvenut: Elías

Domandi preliminari

1)

It-trasferiment mill-qorti tad-data personali tal-partijiet, kif ukoll ta’ tfal u ta’ adolexxenti lill-koordinatur tal-ġenituri u l-awtorizzazzjoni ta’ aċċess għad-data personali tagħhom ipproċessata f’arkivji ta’ terzi (inklużi mediċi) mingħajr dispożizzjoni legali jew dispożizzjoni regolamentari, jiksru l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1)?

2)

Fil-każ li l-qorti tista’ tittrasferixxi d-data personali tal-partijiet u tat-tfal u tal-adoloxxenti, it-trasferiment tal-imsemmija data mill-qorti lill-koordinatur tal-ġenituri, jikser l-Artikolu 16 TFUE u l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) (rispett għall-ħajja privata u tal-familja), l-Artikolu 8 tal-Karta (protezzjoni tad-data personali) u l-Artikolu 52 tal-Karta (ambitu u interpretazzjoni ta’ drittijiet u ta’ prinċipji)?

3)

It-trasferiment ta’ data lill-koordinatur tal-ġenituri mingħajr smigħ minn qabel tal-minuri fuq dan il-punt u mingħajr evalwazzjoni tal-interessi superjuri tal-minuri huwa konformi mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, moqri flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta?

4)

Il-fatt li d-data tal-minuri tiġi ttrasferita lill-koordinatur tal-ġenituri sabiex huwa jkun jista’ jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri u/jew il-kustodja u/jew l-arranġamenti ta’ żjarat, f’każijiet li jkunu jinvolvu vjolenza, jikser l-Artikolu 48(1) tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul li jipprojbixxi l-użu ta’ mezzi alternattivi obbligatorji ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta?

5)

Fil-każ li l-qorti tista’ tittrasferixxi d-data personali tal-partijiet u fil-każ li, b’konsegwenza ta’ dan it-trasferiment, l-onorarji tal-koordinatur tal-ġenituri jkollhom neċessarjament jitħallsu mill-partijiet minħabba l-fatt li dan ikun ġie ordnat mill-qorti, anki jekk ikun ġie rrikonoxxut fir-rigward tagħhom id-dritt għal għajnuna legali, dan il-fatt imur kontra l-Artikolu 47 tal-Karta (dritt għal rimedju effettiv)?


(1)   ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1836/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top