Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0667

Kawża C-667/23, Volkswagen: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2023 – Gruß Verwaltungs-GmbH et vs Volkswagen AG

ĠU C, C/2024/1243, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1243/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1243/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1243

12.2.2024

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2023 – Gruß Verwaltungs-GmbH et vs Volkswagen AG

(Kawża C-667/23, Volkswagen)

(C/2024/1243)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gruß Verwaltungs-GmbH, AT, FO, PV, QZ

Konvenut: Volkswagen AG

Domandi preliminari

1)

It-talba għal kumpens tax-xerrej tal-vettura fil-konfront tal-manifattur tal-vettura minħabba t-tqegħid b’mod negliġenti fis-suq ta’ vettura b’tagħmir ta’ riduzzjoni li ma huwiex permissibbli fis-sens tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), tista’ tiġi miċħuda minħabba li:

a)

kien hemm żball dwar in-natura illegali tal-att min-naħa tal-manifattur li kien insormontabbli?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

b)

l-iżball dwar in-natura illegali tal-att kien insormontabbli għall-manifattur peress li l-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew ta’ miżuri sussegwenti fil-fatt approvat it-tagħmir ta’ riduzzjoni installat fil-vettura?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

c)

l-iżball dwar in-natura illegali tal-att kien insormontabbli għall-manifattur peress li l-opinjoni legali tal-manifattur tal-vettura tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament 715/2007 kienet ikkonfermata mill-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew ta’ miżuri sussegwenti meta din kienet mistoqsija dwarha (approvazzjoni ipotetika)?

2)

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li, fit-talba għal kumpens fil-konfront tal-manifattur tal-vettura minħabba t-tqegħid b’mod negliġenti fis-suq ta’ vettura b’tagħmir ta’ riduzzjoni li ma huwiex permissibbli fis-sens tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007

a)

ix-xerrej tal-vettura għandu jippermetti t-tpaċija tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-vettura mal-ammont ta’ kumpens fit-talba tiegħu għal kumpens minuri, fejn il-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu, flimkien mal-valur residwu, jaqbżu l-prezz tax-xiri mħallas bit-tnaqqis tal-ammont ta’ kumpens?

b)

it-talba tax-xerrej tal-vettura għal kumpens żgħir hija limitata għal massimu ta’ 15 % tal-prezz tax-xiri imħallas?


(1)   ĠU 2007, L 171, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1243/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top