Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 62023CN0583

    Kawża C-583/23, Delda: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation – Chambre criminelle (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2023 – AK vs Ministère public

    ĠU C, C/2024/1235, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1235/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1235/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/1235

    12.2.2024

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation – Chambre criminelle (Franza) fit-22 ta’ Settembru 2023 – AK vs Ministère public

    (Kawża C-583/23, Delda (1))

    (C/2024/1235)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour de cassation – Chambre criminelle

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: AK

    Konvenut: Ministère Public

    Domanda preliminari

    L-Artikoli 1 u 3 tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru tagħti jew tikkonvalida ordni ta’ investigazzjoni Ewropew li l-għan tagħha huwa, minn naħa, li l-imputat jiġi nnotifikat bl-att tal-akkuża, li jinkludi wkoll ordni ta’ arrest jew ħlas ta’ pleġġ, u, min-naħa l-oħra, li l-imputat jinstema’ sabiex huwa jkun jista’, fil-preżenza tal-avukat tiegħu, jagħmel kull osservazzjoni utli dwar il-fatti ddikjarati fl-imsemmi att?


    (1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

    (2)   ĠU 2014, L 130, p. 1.


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1235/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Začiatok