Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0409

Kawża C-409/23, Arvato Finance: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Lulju 2023 – Arvato Finance BV vs MI

ĠU C, C/2023/495, 6.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/495/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/495/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/495

6.11.2023

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Lulju 2023 – Arvato Finance BV vs MI

(Kawża C-409/23, Arvato Finance)

(C/2023/495)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Arvato Finance BV.

Konvenut: MI

Domandi preliminari

1)

L-interessi moratorji u l-ispejjeż ekstraġudizzjarji jagħmlu parti mill-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, fis-sens tal-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), u għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kuntratt ta’ kreditu huwiex wieħed “mingħajr interessi u mingħajr kwalunkwe drittijiet oħra” jew jekk huwiex kuntratt ta’ kreditu “[li fir-rigward tiegħu huma] pagabbli biss imposti insinifikanti”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(f) ta’ din id-direttiva?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda kienet tkun differenti jekk l-interessi moratorji u l-ispejjeż ekstraġudizzjarji jkunu dovuti abbażi tal-liġi jew abbażi ta’ kuntratt? Meta l-interessi moratorji u l-ispejjeż ekstraġudizzjarji jkunu stabbiliti b’mod kuntrattwali, jagħmel differenza l-fatt li dawn l-interessi u dawn l-ispejjeż ikunu ogħla minn dak li kien ikun dovut skont il-liġi fl-assenza ta’ tali klawżola kuntrattwali?


(1)   ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/495/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top