Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0326

    Kawża C-326/23, Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-25 ta’ Mejju 2023 – C.W. S.A. et vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

    ĠU C, C/2024/620, 15.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/620/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/620/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje C


    C/2024/620

    15.1.2024

    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-25 ta’ Mejju 2023 – C.W. S.A. et vs Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

    (Kawża C-326/23, Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów)

    (C/2024/620)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Najwyższy

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: C.W. S.A. et

    Konvenut: Prezes Urzędu Ochrony Konkurencji i Konsumentów

    Parti oħra fil-proċedura: L. S.A.

    Domandi preliminari

    1)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti adita tkun obbligata ma tiħux inkunsiderazzjoni att (talba) imressaq minn parti u intiż li jikkontesta, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni u tal-kostituzzjoni tal-Istat Membru, il-ħatra ta’ mħallef, li ma tkunx suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju la skont id-dritt nazzjonali u lanqas skont id-dritt tal-Unjoni, billi jdaħħal inkwistjoni l-kapaċità ta’ dan l-imħallef li jagħti deċiżjoni, fid-dawl tal-assenza ta’ rabta bejn iċ-ċirkustanzi li fihom tkun żvolġiet il-proċedura ta’ ħatra ta’ dan l-imħallef u ċ-ċirkustanzi tal-kawża ineżami u fid-dawl tal-assenza ta’ raġuni reali sabiex jiddaħħlu inkwistjoni l-imparzjalità u l-indipendenza ta’ dan l-imħallef abbażi ta’ ċirkustanzi għajr in-natura regolari tal-proċedura ta’ ħatra ta’ dan l-imħallef ikkontestata mill-parti, inkluż l-aġir ta’ dan l-imħallef wara l-ħatra tiegħu u l-permeabbiltà tiegħu għal influwenza mill-poter leġiżlattiv jew eżekuttiv, sitwazzjoni din li, fid-dawl tad-dritt nazzjonali, twassal sabiex tali azzjoni ta’ parti tkun ekwivalenti għal actio popularis inammissibbli u tikkostitwixxi abbuż flagranti u manifest tad-dritt proċedurali nazzjonali?

    2)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi mekkaniżmu effikaċi u suffiċjenti sabiex jiġu ssodisfatti l-kriterji ta’ qorti stabbilita bil-liġi fis-sens tad-dritt tal-Unjoni l-fatt li d-dritt nazzjonali jirrikonoxxi lill-partijiet il-possibbiltà li jitolbu l-verifika tal-impatt taċ-ċirkustanzi kollha li fiha tkun żvolġiet il-proċedura ta’ ħatra u tal-aġir tal-imħallef wara l-ħatra tiegħu fuq l-imparzjalità u fuq l-indipendenza tiegħu fil-kawża ineżami fil-kuntest ta’ test imsejjaħ ta’ imparzjalità jew ta’ talba għar-rikuża tal-imħallef?


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/620/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top