EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0228

Kawża C-228/23, AFAÏA: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ April 2023 – Association AFAÏA vs Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

ĠU C 252, 17.7.2023, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ April 2023 – Association AFAÏA vs Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

(Kawża C-228/23, AFAÏA)

(2023/C 252/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association AFAÏA

Konvenut: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Parti oħra fil-proċedura: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation

Domandi preliminari

1)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 tal-15 ta’ Lulju 2021 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom (1), li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ agrikoltura industrijali, li jinsab f’dan l-anness, huwa ekwivalenti għal dak ta’ agrikoltura intensiva?

2)

Jekk il-kunċett ta’ agrikoltura industrijali huwa differenti mill-kunċett ta’ agrikoltura intensiva, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk agrikoltura għandhiex tiġi kklassifikata bħala industrijali fis-sens tal-Anness II tar-Regolament 2021/1165?


(1)  ĠU 2021, L 253, p. 13, rettifika fil-ĠU 2023, L 112, p. 50.

(2)  ĠU 2018, L 150, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2018, L 260, p. 25, fil-ĠU 2018, L 262, p. 90, fil-ĠU 2018, L 270, p. 37, fil-ĠU 2019, L 305, p. 59, fil-ĠU 2021, L 7, p. 53, fil-ĠU 2021, L 204, p. 47, fil-ĠU 2021, L 318, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 321, p. 74.


Top