EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0219

Kawża C-219/23, Dudea: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-5 ta’ April 2023 – Proċeduri kriminali kontra Ș.C.F. u H.F.I.

ĠU C 261, 24.7.2023, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-5 ta’ April 2023 – Proċeduri kriminali kontra Ș.C.F. u H.F.I.

(Kawża C-219/23, Dudea (1))

(2023/C 261/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ș.C.F., H.F.I.

Parti ċivili: Ministerul Investițiilor și Proiectelor Europene

Parti responsabbli fid-dritt ċivili: H.A. SRL

Parti fil-kawża: Ministerul public – Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție – Direcția Națională Anticorupție

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 325(1) TFUE u dawk tal-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni mfassla skont l-Artikolu K.3 TUE dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (2), ikkunsidrati flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-preskrizzjoni tar-responsabbiltà kriminali ddeterminata bl-applikazzjoni, konformement mad-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija), ta’ standard nazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege, li jobbliga lill-qrati nazzjonali jirreferu, fil-kawżi pendenti, b’applikazzjoni tal-prinċipju lex mitior, għal regola dwar l-interruzzjoni tat-terminu tal-preskrizzjoni, bħala regola tad-dritt kriminali sostantiv, sussegwenti għall-fatti fil-kawża prinċipali, li, konformement mad-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ kontenzjuż kostituzzjonali, ma tipprevedi ebda każ ieħor ta’ interruzzjoni tat-terminu tal-preskrizzjoni, filwaqt li r-regola fis-seħħ fil-mument li fih seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, preċedenti għal dawk id-deċiżjonijiet, kienet tirregola b’mod ċar, preċiż, prevedibbli u aċċessibbli l-każijiet ta’ interruzzjoni tat-terminu tal-preskrizzjoni, li fil-preżenza tagħhom it-terminu ta’ preskrizzjoni speċjali ma kienx skada, sal-punt li fih l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali aktarx tikkomprometti s-supremazija, l-unità u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni u tipprevjeni l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u dissważivi għal reati serji ta’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ukoll jiġu interpretati fis-sens li jobbligaw lill-qrati nazzjonali ma japplikawx din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali relatati ma’ tali reati, jekk l-applikazzjoni tagħha jkollha l-effetti msemmija qabel u japplikaw, fir-rigward tal-interruzzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni, ir-regola li għandha kontenut ċar, preċiż, prevedibbli u aċċessibbli tar-regola fis-seħħ fil-mument li fih seħħew il-fatti, li tipprevjeni l-produzzjoni ta’ dawn l-effetti?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 9.


Top