Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0208

    Kawża C-208/23, Martiesta: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-30 ta’ Marzu 2023 – AX

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-30 ta’ Marzu 2023 – AX

    (Kawża C-208/23, Martiesta (1))

    (2023/C 189/33)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: AX

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 1(2) u (3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2) għandu jiġi interpretat fis-sens l-awtorità ġudizzjarja li tesegwixxi għandha tirrifjuta jew fi kwalunkwe każ, tiddiferixxi l-konsenja ta’ mara tqila jew omm b’ulied minuri li jgħixu magħha?

    2)

    F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(2) u (3), u l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA huma kompatibbli mal-Artikoli 3, 4, 7, 24 u 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, anki fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni bejn l-Istati Membri, sa fejn dawn jeżiġu konsenja ta’ mara tqila jew ta’ omm bi qtugħ tar-rabtiet tagħha ma’ wliedha minuri li jgħixu magħha mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-interess superjuri tal-wild?


    (1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


    Top