This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0182
Case C-182/23, Makowit: Request for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny (Poland) lodged on 22 March 2023 — Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej v J.S.
Kawża C-182/23, Makowit: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Marzu 2023 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs J.S.
Kawża C-182/23, Makowit: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Marzu 2023 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs J.S.
ĠU C 252, 17.7.2023, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Marzu 2023 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs J.S.
(Kawża C-182/23, Makowit (1))
(2023/C 252/16)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej
Konvenut: J.S.
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 9(1) u tal-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li bidwi suġġett għall-VAT fil-kuntest tas-sistema ġenerali li jittrasferixxi permezz ta’ esproprjazzjoni l-proprjetà ta’ biċċa art lit-Teżor bil-ħlas ta’ kumpens marbut mal-bdil ta’ użu tagħha għal finijiet mhux agrikoli jitqies bħala suġġett għall-VAT fuq din il-kunsinna unikament minħabba li din l-art intużat għall-bżonnijiet ta’ attività agrikola suġġetta għall-VAT?
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa wieħed fittizju. Ma jikkorrispondi mal-isem reali ta’ ebda parti fil-proċedura.
(2) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.