Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0146

    Kawża C-146/23, Sąd Rejonowy w Białymstoku: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja) fl-10 ta’ Marzu 2023 – XL vs Sąd Rejonowy w Białymstoku

    ĠU C 205, 12.6.2023, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja) fl-10 ta’ Marzu 2023 – XL vs Sąd Rejonowy w Białymstoku

    (Kawża C-146/23, Sąd Rejonowy w Białymstoku)

    (2023/C 205/32)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Białymstoku

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: XL

    Konvenut: Sąd Rejonowy w Białymstoku

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li, billi jistabbilixxi l-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ossservanza tal-Istat tad-dritt, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li skonthom l-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva bbażata fuq id-dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipju tal-indipendenza tal-imħallfin jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, bil-għan li tillimita l-ispejjeż baġitarji, tidderoga mill-mekkaniżmu li r-remunerazzjoni tal-imħallfin tiġi stabbilita abbażi ta’ kriterji oġġettivi, indipendenti mill-indħil arbitrarju tas-setgħa eżekuttiva u dik leġiżlattiva u li twassal għal tnaqqis permanenti tal-livell ta’ remunerazzjoni tal-imħallfin, bi ksur tal-garanziji kostituzzjonali li jiżguraw lill-imħallfin remunerazzjoni li tikkorrispondi mad-dinjità tal-funzjoni tagħhom u mal-portata tad-dmirijiet tagħhom u li jiggarantixxu l-amministrazzjoni tal-ġustizzja minn qrati indipendenti u mħallfin indipendenti?


    Top