This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0126
Case C-126/23, Burdene: Request for a preliminary ruling from the Tribunale Ordinario di Venezia (Italy) lodged on 2 March 2023 — UD, QO, VU, LO, CA v Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell'Interno
Kawża C-126/23, Burdene: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2023 – UD, QO, VU, LO, CA vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell’Interno
Kawża C-126/23, Burdene: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2023 – UD, QO, VU, LO, CA vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell’Interno
ĠU C 189, 30.5.2023, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Venezia (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2023 – UD, QO, VU, LO, CA vs Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell’Interno
(Kawża C-126/23, Burdene (1))
(2023/C 189/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Ordinario di Venezia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UD, QO, VU, LO, CA
Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei ministri, Ministero dell‘Interno
Domandi preliminari
Fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu A, li jikkonċernaw kawża għad-danni mressqa minn ċittadini Taljani, residenti b’mod permanenti fl-Italja, kontra l-Istat fil-kapaċità tiegħu bħala leġiżlatur minħabba n-nuqqas ta’ implimentazzjoni u/jew l-implimentazzjoni żbaljata u/jew l-implimentazzjoni mhux sħiħa tal-obbligi stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004 li għandha x‘taqsam ma‘ kupens għal vittmi ta‘ delitti (2), u, b’mod partikolari, tal-obbligu stabbilit fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 12(2) tagħha li jintroduċu, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2005 (kif stabbilit mill-Artikolu 18(1) tagħha), abbażi ta’ sistema ġeneralizzata ta’ kumpens għad-danni, li tkun xierqa biex tiżgura kumpens adegwat u ekwu favur il-vittmi tar-reati vjolenti u intenzjonali kollha fil-każijiet fejn dawn ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens sħiħ għad-danni subiti mingħand il-persuni direttament responsabbli u fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ traspożizzjoni fiż-żmien (u/jew tat-traspożizzjoni inkompleta) fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta’ April 2004:
a) |
fid-dawl tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 11(2 bis) tal-1egge n. 122 – Disposizioni per l’adempimento degli obblighi derivanti dall’appartenenza dell’Italia all’Unione europea – Legge europea 2015-2016 (il-Liġi Nru 122, dwar l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-appartenenza tal-Italja għall-Unjoni Ewropea – Liġi Ewropea 2015-2016), tas-7 ta’ Lulju 2016, kif emendata (mill-Artikolu 6 tal-Liġi Nru 167 tal-20 ta’ Novembru 2017 u tal-Artikolu 1(593 sa 596) tal-Liġi Nru 145 tat-30 ta’ Diċembru 2018 (iktar ’il quddiem il-“Liġi Nru 122/2016”)], li tissuġġetta l-ħlas ta’ kumpens lill-ġenituri u lil oħt il-vittma ta’ omiċidju, għan-nuqqas ta’ konjuġi u ta’ wlied tal-vittma stess, anki meta jkun hemm sentenza li tkun saret res judicata li tikkwantifika anki favurihom id-dritt għal kumpens għad-dannu impost fuq l-awtur tar-reat:
|
b) |
fid-dawl tal-limitu tal-ħlas tal-kumpens:
|
(1) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65