Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0074

    Kawża C-74/23: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Ploieşti (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Frar 2023 – Proċeduri kriminali kontra C.A.A., C.F.G., C.G.C., C.D.R., G.L.C., G.S., L.C.I., M.G., M.C.G., N.A.S., P.C., U.V., S.O., Ş.V.O., C.V., I.R.P., B.I.I.

    ĠU C 205, 12.6.2023, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Ploieşti (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Frar 2023 – Proċeduri kriminali kontra C.A.A., C.F.G., C.G.C., C.D.R., G.L.C., G.S., L.C.I., M.G., M.C.G., N.A.S., P.C., U.V., S.O., Ş.V.O., C.V., I.R.P., B.I.I.

    (Kawża C-74/23)

    (2023/C 205/26)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Ploieşti

    Rikorrent

    Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție – Direcția Națională Anticorupție – Serviciul Teritorial Brașov

    Konvenuti

    C.A.A., C.F.G., C.G.C., C.D.R., G.L.C., G.S., L.C.I., M.G., M.C.G., N.A.S., P.C., U.V., S.O., Ş.V.O., C.V., I.R.P., B.I.I.

    Parti ċivili

    Unitatea Administrativ Teritorială Județul Brașov

    Partijiet ikkonċernati

    C. M., C. A., C. Al.

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2 TUE, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 4[(3)] TUE, flimkien mal-Artikolu 325(1) TFUE u l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (1), flimkien mal-Artikolu 2 u mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (2), kif ukoll mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (3), b’riferiment għall-prinċipju li jiġu mħaddna sanzjonijiet effettivi u dissważivi f’każijiet ta’ frodi li jkunu serji u li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928/KE tat-13 ta’ Diċembru 2006 dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (4), b’riferiment għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 49[(1)] tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni legali bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn l-akkużati jitolbu l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-iktar liġi kriminali favorevoli f’sitwazzjoni ta’ deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali li ddikjarat antikostituzzjonali test ta’ liġi dwar l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tar-responsabbiltà kriminali (deċiżjoni tas-sena 2022), għar-raġuni li l-leġiżlatur naqas milli jintervjeni sabiex it-test inkwistjoni jinġieb konformi ma’ deċiżjoni oħra tal-istess qorti kostituzzjonali mogħtija erba’ snin qabel (deċiżjoni tas-sena 2018), fejn matul dan il-perijodu l-ġurisprudenza tal-qrati ordinarji mogħtija b’applikazzjoni tal-ewwel deċiżjoni kienet diġà ġiet stabbilita fis-sens li t-test inkwistjoni kif mifhum bħala riżultat tal-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali kien għadu fis-seħħ, bil-konsegwenza fil-prattika li jitnaqqas bin-nofs it-terminu ta’ preskrizzjoni għall-atti kriminali kollha li fir-rigward tagħhom ma tkun ngħatat l-ebda sentenza definittiva ta’ kundanna qabel l-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali u konsegwentement li jitwaqqfu l-proċeduri kriminali kontra l-akkużati inkwistjoni?

    2)

    L-Artikolu 2 TUE dwar il-valuri tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem f’soċjetà kkaratterizzata mill-ġustizzja u l-Artikolu 4[(3)] TUE dwar il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/928 taħt l-aspett tal-impenn li tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja Rumena, b’riferiment għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 49[(1)] tal-Karta li jistabbilixxi l-prinċipju tal-iktar liġi kriminali favorevoli, għandhom jiġu interpretati, fir-rigward tas-sistema legali nazzjonali kollha kemm hi, fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni legali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-akkużati jitolbu l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-iktar liġi kriminali favorevoli f’sitwazzjoni ta’ deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali li ddikjarat antikostituzzjonali test ta’ liġi dwar l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tar-responsabbiltà kriminali (deċiżjoni tas-sena 2022), għar-raġuni li l-leġiżlatur naqas milli jintervjeni sabiex it-test inkwistjoni jinġieb konformi ma’ deċiżjoni oħra tal-istess qorti kostituzzjonali mogħtija erba’ snin qabel (deċiżjoni tas-sena 2018), fejn matul dan il-perijodu l-ġurisprudenza tal-qrati ordinarji mogħtija b’applikazzjoni tal-ewwel deċiżjoni kienet diġà ġiet stabbilita fis-sens li t-test inkwistjoni kif mifhum bħala riżultat tal-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali kien għadu fis-seħħ, bil-konsegwenza fil-prattika li jitnaqqas bin-nofs it-terminu ta’ preskrizzjoni għall-atti kriminali kollha li fir-rigward tagħhom ma tkun ngħatat l-ebda sentenza definittiva ta’ kundanna qabel l-ewwel deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali u konsegwentement li jitwaqqfu l-proċeduri kriminali kontra l-akkużati inkwistjoni?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv u biss jekk ma tkunx tista’ tingħata interpretazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prassi nazzjonali li twassal sabiex il-qrati ordinarji nazzjonali jkunu marbuta bid-deċiżjonijiet tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali u bid-deċiżjonijiet vinkolanti tal-qorti suprema nazzjonali u ma jistgħux, għal din ir-raġuni u mingħajr ir-riskju li jwettqu nuqqas dixxiplinari, iħallu mhux applikata l-ġurisprudenza li tirriżulta mid-deċiżjonijiet imsemmija, anki jekk huma jqisu, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-ġurisprudenza tmur kontra l-Artikolu 2 TUE, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 4 [(3)] TUE, flimkien mal-Artikolu 325(1) TFUE, b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/928, b’riferiment għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 49[(1)] tal-Karta, bħal fis-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 57.

    (2)  ĠU 2017, L 198, p. 29.

    (3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.

    (4)  ĠU 2007, L 142M, p. 825.


    Top