Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0052

    Kawża C-52/23, flightright: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Frar 2023 – flightright GmbH vs TAP Portugal

    ĠU C 164, 8.5.2023, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/32


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Frar 2023 – flightright GmbH vs TAP Portugal

    (Kawża C-52/23, flightright)

    (2023/C 164/41)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Frankfurt am Main

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: flightright GmbH

    Konvenut: TAP Portugal

    Domandi preliminari

    1)

    Ikun hemm ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), meta jokkorru kundizzjonijiet meteoroloġiċi li huma inkompatibbli mat-twettiq ta’ titjira, indipendentement min-natura straordinarja ta’ dawn il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi?

    2)

    Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, in-natura straordinarja tal-kundizzjonijiet meteoroloġiċi tista’ tiġi ddeterminata skont il-frekwenza reġjonali u staġonali tagħhom fil-post u fil-ħin tal-okkorrenza tagħhom?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


    Top