Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CB0325

Kawża C-325/23, Deutsche Bank Polska: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – JF, OP vs Deutsche Bank Polska S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kreditu għal self ipotekarju ddenominat f’munita barranija li jinkludi klawżoli inġusti dwar ir-riskju tal-kambju u dwar id-differenza fir-rati tal-kambju – Artikolu 3(1) u (2) – Klawżoli li ma kinux suġġetti għal negozjati individwali – Artikolu 4 – Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Rekwiżit ta’ formulazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali – Artikolu 6 – Konsegwenzi tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola)

ĠU C, C/2024/4835, 12.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4835/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4835/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4835

12.8.2024

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – JF, OP vs Deutsche Bank Polska S.A.

(Kawża C-325/23, Deutsche Bank Polska)  (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kreditu għal self ipotekarju ddenominat f’munita barranija li jinkludi klawżoli inġusti dwar ir-riskju tal-kambju u dwar id-differenza fir-rati tal-kambju - Artikolu 3(1) u (2) - Klawżoli li ma kinux suġġetti għal negozjati individwali - Artikolu 4 - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Rekwiżit ta’ formulazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali - Artikolu 6 - Konsegwenzi tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola)

(C/2024/4835)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JF, OP

Konvenut: Deutsche Bank Polska S.A.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

klawżola li tagħmel parti minn kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija konkluż ma’ konsumatur li permezz tagħha l-bank jista’ jistabbilixxi l-ammont finali tas-self iddenominat f’din il-munita billi japplika rata tal-kambju li huwa jiddetermina unilateralment għas-somma espressa fil-munita nazzjonali, li tikkorrispondi għat-talba ta’ finanzjament tal-konsumatur, għandha titqies li ma kinitx suġġetta għal negozjati individwali, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-modalitajiet tal-iffissar ta’ dan l-ammont ikunu ġew iddefiniti esklużivament mill-bank qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mingħajr ma l-konsumatur, għalhekk, seta’ jkollu xi influwenza fuq id-determinazzjoni ta’ dawn il-modalitajiet.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija konkluż ma’ konsumatur, klawżola ta’ dan il-kuntratt ikollha l-effett, minn naħa, li tittrasferixxi lil dan il-konsumatur ir-riskju tal-kambju assoċjat mal-apprezzament ta’ din il-munita vis-à-vis il-munita nazzjonali u, min-naħa l-oħra, li tagħti lill-bank, għad-detriment tal-konsumatur, vantaġġ relatat mad-differenza li teżisti bejn ir-rata tal-kambju magħżula minn dan tal-aħħar għall-finijiet tal-iffissar tal-ammont finali tas-self iddenominat fl-imsemmija munita u r-rati oħra li seta’ juża f’din l-okkażjoni, huwa biżżejjed, sabiex din il-klawżola, sa fejn tikkonċerna d-differenza fir-rati tal-kambju, tiġi kkunsidrata li ma tissodisfax ir-rekwiżit ta’ formulazzjoni ċara u li tinftiehem, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li jiġi kkonstatat li l-bank ma kkomunika l-ebda informazzjoni lill-konsumatur dwar l-inklużjoni ta’ tali differenza, indipendentement mill-portata tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumatur dwar it-trasferiment tar-riskju tal-kambju.

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

meta, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija konkluż ma’ konsumatur, klawżola ta’ dan il-kuntratt ikollha l-effett, minn naħa, li tittrasferixxi lil dan il-konsumatur ir-riskju tal-kambju assoċjat mal-apprezzament ta’ din il-munita vis-à-vis il-munita nazzjonali u, min-naħa l-oħra, li tagħti lill-bank vantaġġ relatat ma’ differenza fir-rati tal-kambju, din il-klawżola, sa fejn tikkonċerna d-differenza fir-rati tal-kambju, tista’ tiġi kkunsidrata li fiha nnifisha tista’ toħloq, għad-detriment tal-konsumatur, żbilanċ sinjifikattiv bejn id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt, indipendentement mill-eżami tan-natura possibbilment inġusta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ta’ din il-klawżola sa fejn tirrigwarda t-trasferiment tar-riskju tal-kambju.

4)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija konkluż ma’ konsumatur jiġi ddikjarat null u li l-konsumatur għalhekk jiġi meħlus mill-konsegwenzi finanzjarji li jirriżultaw mill-klawżola tiegħu relatata mat-trasferiment tar-riskju tal-kambju, meta l-qorti nazzjonali tikkonstata li l-klawżola ta’ dan il-kuntratt dwar l-iffissar tal-ammont finali tas-self, sa fejn għandha l-effett li tagħti lill-bank vantaġġ relatat mad-differenza fir-rati tal-kambju, għandha natura inġusta, minkejja li l-klawżoli tal-imsemmi kuntratt li jistipulaw il-modalitajiet tal-konverżjoni tal-munita għall-finijiet tar-rimbors tas-self ma humiex inġusti jew li t-tħassir tagħhom ma jirriżultax fl-annullament tal-istess kuntratt, jekk dik il-qorti tqis, konformement mar-regoli tad-dritt intern tagħha u skont approċċ oġġettiv, li l-kuntratt ta’ self ma jistax jibqa’ fis-seħħ mingħajr il-klawżola inġusta, b’mod partikolari sa fejn din tal-aħħar tiddefinixxi s-suġġett prinċipali tal-kuntratt.


(1)  Data tal-preżentata: 25.5.2023.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4835/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top